Sunday, November 24, 2024

Illum Malta tospita laqgħa importanti dwar l-Ukranja

Aqra wkoll

Kif kien tħabbar aktar kmieni dan ix-xahar, illum Malta se tkun qiegħda tispita laqgħa li se ddum għaddejja jumejn bil-għan li jintlaħaq ftehim ta’ paċi fl-Ukranja.

Għal din il-laqgħa mistennija li jattendu 50 konsulent tas-sigurtà minn pajjiżi differenti fl-Ewropa kif ukoll mill-Istati Uniti, ir-Renju Unit, l-Indja, l-Arabja Sawdija u t-Turkija.

Huma se jkunu qegħdin jiddiskutu flimkien pjan ta’ paċi propost mill-President Ukren Zelensky. L-għan hu wieħed li jkun sforz komuni biex tieqaf il-gwerra f’dan ir-reġjun kif ukoll fl-Ewropea jerġa’ jkun hemm ċertu stabbilità.

Il-messaġġi li għaddew il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll il-Ministru tal-Affarijiet Barranin fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar in-newtralità ta’ Malta, wasslu biex pajjiżna jintagħżel biex issir din id-diskussjoni tant importanti.

Sport