Thursday, March 28, 2024

Illum tirritorna l-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Wara l-logħbiet internazzjonali tal-UEFA Nations League, bejn illum u għada tirritorna l-UEFA Champions League meta tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi, b’bosta logħbiet mill-aktar interessanti.  

Waħda li tispikka hija dik minn Grupp C  bejn Inter u Barcelona fejn iż-żewġ timijiet sofrew telfa kontra Bayern Munich u għal­daqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom. Dan min­ħabba li għandhom tliet punti kull wieħed fit-tieni post tal- klassifika. 

Filwaqt li n-Nerazzuri sofrew telfa ta’ 2-1 kontra Ro­ma fil-kampjonat, il-Ka­talani kisbu rebħa barra minn darhom ta’ 1-0 fuq Mallorca. 

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr Alex Cordaz u Marcelo Brozovic filwaqt li Barcelona ma jistgħux jinkludu lil Memphis Depay, Frenkie de Jong u Hector Bellerin minħabba li kollha jinsabu mweġġgħin. 

Partita oħra li tiġbed l-attenzjoni hija dik ta’ Grupp A, bejn Ajax u Napoli.

L-Olandiżi jimmiraw li jwaqqfu s-sensiela pożittiva ta’ Napoli li għandhom punti massimi. Rebħa għat- Taljani tkun tfisser sieq waħda għar-round li jmiss filwaqt li l-Olandiżi jib­q­għu bi tliet punti. 

Il-Partenopei ma jistgħux jinkludu lil Gianluca Gaetano u Victor Osimhen filwaqt li Ajax għandhom lil Ahmetcan Kaplan u Jorge Sanchez li qed jirkupraw minn injury. 

Liverpool jilqgħu lil Rangers u akkost ta’ kollox iridu jiksbu t-tliet punti għax inkella jieħdu skoss qaw­wi fit-tentattiv li jkomplu javvanzaw f’din il-kompetizzjoni. 

Huma għandhom bosta players imweġġgħin, fost­hom Alex Chamberlain, An­drew Robertson, Cur­tis Jones, u Caoimhin Kelleher.

Il-konfront minn Grupp E, Chelsea u Milan, ilaqqa’ team Ingliż u dak Taljan, fejn Chelsea jimmiraw li jiksbu t-tliet punti biex jinqalgħu mill-aħħar post tal- klassifika. Min-naħa tagħ­hom, ir-Rossoneri jridu jżom­mu l-ewwel post. 

Iż-żewġ timijiet għandhom bosta players li qed jirkupraw minn injury – Simon Kjaer, Davide Calab­ria, Mike Magnan, Theo Hernandez, Zlatan Ibrahimovic, Alex Salemaekers u Alessandro Florenzi għal Milan u Jorginho, Marc Cuc­curella, Edouard Mendy u Ngolo Kante għal Chelsea.

Minn Grupp G, Manchester City m’għandhomx ifallu kontra FC Copenhagen hekk kif bħalissa għaddejin mill-aqwa forma possibbli billi qed iwarbu l-isfida ta’ min qed jiġi qud­diemhom. 

Bla dubju l-moral huwa wieħed għoli hekk kif ġejjin minn rebħa ta’ 6-3 fuq Manchester United. 

Minn Grupp H, Juventus jibdew favoriti li jegħlbu lil Maccabi Haifa, filwaqt li jittamaw li Benfica u Paris St-Germain itemmu fi draw.  

Dan minħabba li l-Bianconeri jinsabu mingħajr l-ebda punti filwaqt li ż-żewġ timijiet imsemmija għandhom sitt punti. 

Jekk huma jonqsu milli jirbħu, il-Bianconeri jkunu viċin l-eliminazzjoni. 

Ekonomija

Sport