Sunday, December 4, 2022

Il-Korea ta’ Fuq tispara missila ballistika fuq il-Ġappun

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Korea ta’ Fuq sparat missila fuq il-Ġappun, f’dak li tidher li hija eskalazzjoni intenzjonata biex tiġbed l-attenzjoni ta’ Tokyo u Washington.

Il-missila ballistika vvjaġġat madwar 4,500 kilometru qabel waqgħet fl-Oċean Paċifiku – ‘il bogħod biżżejjed biex tolqot il-gżira Amerikana ta’ Guam li kieku ħadet traġitt ieħor. 

Din kienet l-ewwel missila li ġiet sparata mill-Korea ta’ Fuq fuq il-Ġappun sa mill-2017. Dan wassal ukoll biex il-Ġappun joħroġ twissijiet ċari lil xi ċittadini biex isibu rifuġju xi mkien ieħor. 

In-Nazzjonijiet Uniti tipprojbixxi lill-Korea ta’ Fuq milli tittestja armi ballistiċi u nukleari. Li tibgħat missili lejn jew fuq pajjiżi oħra mingħajr ebda twissija jew konsultazzjoni minn qabel jikser ukoll in-normi internazzjonali. 

Persuni fit-Tramuntana tal-Ġappun, inkluż il-gżira ta’ Hokkaido, allegatament qamu għall-istorbju ta’ sireni u twissijiet oħra li jgħidu: “Il-Korea ta’ Fuq tidher li bagħtet miissila. Jekk jogħġobkom evakwaw f’binjiet jew taħt l-art.” 

Uffiċjali aktar tard qalu li l-missila ballistika waqgħet fl-Oċean Paċifiku, ‘il bogħod mill-Ġappun u li ma kien hemm l-ebda ġrieħi rrappurtati. 

Il-Prim Ministru Ġappuniż Fumio Kishida ddeskriva dan kollu bħala “imġiba vjolenti” filwaqt li l-Ministru tad-Difiża Yasukazu Hamada qal li l-Ġappun mhu jeskludi ebda għażla biex isaħħaħ id-difiżi tiegħu inkluż “il-kapaċità ta’ kontrattakk”.

Ekonomija
Delicious

Sport