Wednesday, January 22, 2025

Immultata €2,000 talli tajret mara waqt li kienet qiegħda taqsam it-triq

Aqra wkoll

Mara ta’ 61 sena residenti ż-Żejtun kienet immultata €2,000 wara li l-Qorti sabitha ħatja li tajret mara waqt li kienet qed taqsam minn fuq zebra crossing f’Birżebbuġa.

L-inċident seħħ f’Marzu tal-2023, bl-imputata Anna Scicluna tiġi mixlija li saqet bi traskuraġni, bil-konsegwenza li l-vittma sofriet minn ġrieħi gravi. 

Fix-xhieda tagħha fil-Qorti, il-vittma spjegat li kienet qiegħda taqsam minn fuq iż-żebra crossing faċċata tal-Knisja xħin intlaqtet minn karozza misjuqa mill-akkużata. Qalet ukoll li sofriet ksur fejn damet għal perjodu ta’ disa’ xhur fil-wheelchair.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace sabet lil Scicluna ħatja u minbarra l-multa ta’ €2,000 ordnat li jitnaqqsulha sitt punti mil-liċenzja tas-sewqan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport