Saturday, December 28, 2024

Immultata €300 talli naqset li tobdi regoli marbuta mal-pandemija

Aqra wkoll

Vivianne Salamone ta’ 45 sena ġiet immultata €300 wara li ammettiet li naqset milli tobdi regoli maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, dwar id-distanza soċjali fi żmien il-pandemija.

Fil-Qorti ntqal li l-każ imur lura għas-7 ta’ Lulju tal-2021, meta Salamone kienet taħdem f’ħanut tal-pasti f’Tas-Sliema.

Waqt li semgħet dak li kellhom xi jgħidu l-Prosekuzzjoni u d-Difiża, il-Qorti ikkunsidrat l-ammissjoni tal-akkużata, in-numru ta’ ksur tar-regoli u l-akkużi kollha miġjuba kontriha.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Noel Bartolo sabet lil Vivianne Salamone ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha u għalhekk immultatha s-somma ta’ 300 ewro.

Ekonomija

Sport