Friday, May 3, 2024

Imut Christo Jivkov “Ġwanni l-Battista”

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem tħabbar li Christo Jivkov li kien ħadem il-parti ta’ Ġwanni l-Battista fil-film tant magħruf The Passion of the Christ kien miet fl-età ta’ 48 sena.
Skont dak li qed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali jidher li Christo Jivkov kellu kanċer aggressiv ħafna fil-pulmun.

L-attur Bulgaru kien mistenni li jerġa’ jaħdem parti fil-film li se jkun qed jinġibed fix-xhur li ġejjin. Din id-darba l-film se jkun jismu, The Passion of the Christ: Resurrection u se jkun għal wiri fl-2024.

Jivkov ħadem f’partijiet fil-films Lucania fl-2019, In Memory of Me fl-2007 u The Profession of Arms fl-2001.

Sport