Miet Dun Anġ Seychell, li ddedika l-ħajja saċerdotali tiegħu għall-ħidma mal-Caritas, id-Dar tal-Kleru, u l-Fondazzjoni Nazaret għal persuni b’diżabilità, fl-eta’ ta’ 91 sena.
It-tħabbira tal-mewt tiegħu ngħatat fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Fondazzjoni Nazareth.
Interessanti li hu waqqaf il-Caritas flimkien ma’ Dun Victor Grech,waqt li kien ukoll strumentali biex twaqqfet id-Dar tal-Kleru f’Birkirakara, li issa sservi bħala dar tal-mistrieħ għall-qassisin anzjani u rtirati.
Dan is-sit jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Seychell.