Saturday, May 4, 2024

Imut il-kompożitur u l-awtur ta’ fama mondjali Stephen Sondheim

Aqra wkoll

Il-kompożitur u l-awtur leġġendarju Amerikan Stephen Sondheim miet fl-età ta’ 91 sena.

L-avukat tiegħu qal Sondheim miet nhar il-Ġimgħa fid-dar tiegħu f’Roxbury, Connecticut.

Sondheim, li kiseb fama mondjali tant li kien meqjus bħala ġgant teatrali, rebaħ diversi premjijiet matul il-karrriera tiegħu fosthom tmien Grammy Awards, disa’ Tony Awards kif ukoll il-premju Pulitzer.

Is-suċċessi tiegħu ma waqfux hemm tant li fl-2015, il-President Amerikan ta’ dak iż-żmien Barack Obama onorah bl-ogħla premju ċivili fejn ippreżentalu midalja bħala rikonoxximent għax-xogħol tiegħu.

Matul il-karriera tiegħu, Sondheim kkompona diversi mużika li intużat fi musicals popolari fosthom ‘A Little Night Music’ u ‘West Side Story’.

L-attriċi u l-kantanta Amerikana Anna Kendrick qalet li l-fatt li interpretat xi xogħol tiegħu kien fost l-akbar privileġġi matul il-karriera tagħha, u żiedet tgħid li l-mewt tal-kompożitur kienet “telfa devastanti”.

Sport