Tuesday, September 24, 2024

Imut is-sewwieq tal-mutur involut fl-inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-mutur involut fl-inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ ilbieraħ filgħodu miet fl-Isptar Mater Dei.

Sfortunatament minkejja kull sforz min-naħa tal-professjonisti mediċi, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet wara sigħat fil-periklu li jitlef ħajtu kawża tal-ġrieħi li sofra.

Ilbieraħ: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel iddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq mir-raġel li għandu 73 sena u li jirrisjedi l-Imqabba u karozza tal-għamla Kia Ceed misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti l-Mellieħa.

Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza li assistew minnufih lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Fuq il-post hemm uffiċjali ta’ Transport Malta li qegħdin jidderiġu t-traffiku minħabba li t-triq li mir-Rabat direzzjoni lejn Ħal Qormi tinsab temporanjament magħluqa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport