Monday, May 13, 2024

“Min jaf kemm hawn nies li għadhom ħajjin grazzi għall-ħidma tiegħek!”

Aqra wkoll

“Min jaf kemm hawn nies li għadhom ħajjin grazzi għall-ħidma tiegħek!” Iddikjara dan it-Tabib Michael Spiteri mid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei hekk kif sellem il-memorja tal-pumpier Joseph Zammit.

“Min jaf kemm il-darba ħdimna biċċiet tax-xogħol flimkien u dejjem b’xi tpesipsa ġol-widna ta’ xulxin li aħna dejjem ħa nieħdu ħsieb xulxin”, kompla Spiteri filwaqt li kompla biex isemmi l-kapaċità ta’ Zammit li anke waqt sitwazzjoni diffiċli ħafna kien kapaċi jfaqqa’ ċajta minn taħt biex itaffi s-sitwazzjoni tal-mument.

Spiteri temm jirringrazzjah għal ħidma kollha tiegħu ta l-kondoljanzi lil familtu u lid-Dipartiment li tant kien għal qalb Zammit.

Sport