Sunday, May 5, 2024

Imut iż-żagħżugħ li ggradwa f’ċerimonja speċjali f’daru minħabba marda terminali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li dalgħodu qamu maħsudin għat-telfa ta’ Miguel Borg. Oħtu kkonfermat l-aħbar tal-mewt tiegħu u li se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokjali ta’ Ġesu Salvatur, f’Ħal Lija s-Sibt li ġej fid-9:15 a.m.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu, Miguel kien deskritt bħala żagħażugħ li minkejja d-diffikultajiet tal-ħajja rnexxielu jilħaq l-għanijiet akkademiċi tiegħu. Kummenti oħra fakkru ż-żminijiet diffiċli tiegħu fil-ġlieda kontra marda terminali u l-mumenti tiegħu fis-swali tal-Isptar.

Is-Soċjetà Mużikali San Pio X f’Ħal Lija wkoll sellmet il-memorja taż-żagħżugħ li ħadem u stinka biex jilħaq fejn xtaq minkejja kull ostaklu. Is-Soċjetà qalet li l-tbatija mhix se żżomm lil Miguel biex jofroq it-toroq tal-Ġenna u jgawdi lill-ħallieq. Il-kumitat irringrazzjah għas-sehem tiegħu biex jgħin b’kull mod possibbli.

Intant il-familja tiegħu qiegħda tappella lil dawk li se jattendu għall-funeral biex minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares.

Sport