Wednesday, July 24, 2024

Imut l-eks sewwieq tal-Formula Wieħed Wilson Fittipaldi

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-eks sewwieq tal-Formula Wieħed, Wilson Fittipaldi, l-etá ta’ 80 sena. 

Huwa kien ilu l-isptar mill-Milied wara li faga b’biċċa laħam waqt  l-ikla tal-familja tiegħu bil-konsegwenza li mblokka l-passaġġ tan-nifs tiegħu.

Dan wassal biex sofra minn attakk ta’ qalb fejn iddaħħal b’urġenza l-isptar wara li ngħata attenzjoni medika. 

Il-viċi president tal-awtomobiliżmu għall-Amerika t’Isfel fil-FIA, Fabiana Ecclestone, ħarġet stqarrija wara l-mewt ta’ Fittipaldi.

Kienet tgħid: “Huwa b’sogħba kbira li nirċievu l-aħbar tal-mewt ta’ Wilson Fittipaldi Jr. Il-mewt tiegħu se tħalli vojt irreparabbli fix-xena tal-karozzi u fil-ħajja ta’ dawk li kellhom il-privileġġ li jafuh.

“Id-dedikazzjoni u l-isforzi tiegħu kienu fundamentali fil-konsolidazzjoni tal-pajjiż bħala protagonist importanti fix-xena tat-tlielaq internazzjonali.

“F’dan il-mument ta’ luttu, nesprimu l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tagħna lill-familja, ħbieb u ammiraturi ta’ Wilson Fittipaldi Jr.”

Ekonomija

Sport