Wednesday, July 24, 2024

Il-Gvern jesprimi s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ ħames ħajjiet

Aqra wkoll

Fi stqarrija, il-Gvern esprima s-sogħba tiegħu għat-telfa ta’ ħames ħajjiet waqt operazzjoni ta’ salvataġġ li wettqet il-Forzi Armati ta’ Malta.

Fl-istess ħin, il-Gvern irrikonoxxa l-ħidma tal-Forzi Armati ta’ Malta li għal darba oħra salvat il-ħajjiet, f’dan il-każ 29 persuna. Tmienja minn dawn il-persuni ngħataw il-kura fl-isptar Mater Dei u l-Gvern irid irodd ħajr ukoll lill-Forzi tal-Ordni l-oħra u t-tim mediku li assista.

“Sfortunatament, traġedji bħal dik tal-bieraħ huma xhieda tal-effetti tal-atti kriminali tat-traffikanti tal-bnedmin u l-Gvern Malti se jibqa’ jaħdem biex ikisser il-mudell ta’ dawk it-traffikanti,” temmet tgħid l-istqarrija tal-Gvern.

Ekonomija

Sport