Fl-aħħar jiem ħalla din id-dinja Rosario Agius fl-età ta’ 67 sena. Ħafna jiftakru lil Agius imexxi u jbiegħ fil-pastizzerija li kien hemm faċċata tal-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta u aktar tard anke fil-Ħamrun.
Mal-Beltin u anke dawk li kienu jżuru l-Belt u jgħaddu għand tal-pastizzi ta’ quddiem San Pawl jiftakru lil Rosario jew kif kien magħruf “Żaru” jbiegħ ikel mill-aqwa bi prezzijiet li mkien ma kont issib bħalhom. Miegħu kien ikun hemm ulied.
Meta snin ilu għalaq il-ħanut, Triq San Pawl fil-Belt ma baqgħetx l-istess hekk kif Żaru ma kienx għadu jkellem lil kulħadd u joffri tbissima tipika tiegħu.
Għalkemm minn Ħal Għaxaq, huwa kien parti minn kapitlu ħelu fl-istorja moderna tal-Belt Kapitali.
Waqt il-funeral tiegħu nġabru fondi b’risq Puttinu Cares u Smiling with Jerome