Sunday, November 3, 2024

“In-nar tal-festi m’għandux jiġi salvagwardjat akkost tat-telf ta’ ħajjiet”

Il-MPE Laburista, Alfred Sant, jaqsam il-fehma tiegħu dwar in-nar tal-festi

Aqra wkoll

Kienu bosta dawk li dalgħodu fuq il-midja soċjali qasmu l-fehma tagħhom dwar in-nar tal-festi, bil-maġġorparti tagħhom isostnu li hawn diversi fatturi oħra li jistgħu jwasslu biex tintemm il-ħajja tal-bniedem, u li t-telfien tal-art agrikola ġej minħabba l-bini u mhux minħabba l-fabbriki tan-nar.

Dan wara li fis-sigħat li għaddew, il-MPE Laburista, Alfred Sant, qasam il-ħsieb tiegħu dwar in-nar tal-festa li huwa element tradizzjonali fil-festin Maltin. Huwa qal li għalkemm jifhem li n-nar tal-festi hu parti essenzjali mill-festa u għandu jiġi salvagwardjat, dan m’għandux iseħħ akkost ta’ kollox.

Dr Sant sostna li għalkemm ilu jisma’ kemm qed jittieħdu prekawzjonijiet u kemm aħna l-Maltin sirna moderni dwar it-tmexxija tal-fabbriki tan-nar, ta’ spiss bqajna nisimgħu bi splużjonijiet fil-fabbriki li bosta drabi jissarrfu fi mwiet, tant li f’dawk id-drabi li ma jmutux nies “ikun ġara miraklu”.

Dr Sant temm jgħid li “Ma naqbilx għalhekk li n-nar jiġi salvagwardjat akkost tat-telf ta’ ħajjiet, kif ma naqbilx li dan il-ħarsien tan-nar tal-festi għandu jsir bit-telf ta’ aktar art agrikola li tinbidel f’fabbriki tan-nar”.

Sport