Sunday, June 28, 2026

In-NATO qed tipprepara għal aggressjoni mar-Russja fil-Baltiku?

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, fl-aħħar jiem u ġimgħat kienu qegħdin jitwettqu eżerċizzzji minn NATO fil-baħar Baltiku. Dawn l-eżerċizzji ġibdu l-attenzjoni ta’ sorsi militari, li ddeskrivew bidliet li saru f’dawn l-eżerċizzji qegħdin juru indikazzjonijiet li l-Ewropa qed tipprepara għal konfrontazzjoni diretta mar-Russja.

Sorsi militari li tkellmu ma’ IT-TORĊA qalulna li “l-Baltops hu eżerċizzju li jsir kull sena. Dak li rajna imma din is-sena, kienet differenti. Sar tibdil sinifanti u dan qiegħed iqajjem għadd ta’ mistoqsijiet.  Fost dawn hemm dak li t-tibdil li sar qed isir bi preparazzjoni għall-kunflitt mar-Russa mill-Ewropa.”

L-istess sorsi qalulna li jekk wieħed jara l-eżerċizzji li saru, wieħed malajr jinduna li hemm eżerċizzji li jagħtuk indikazzjonijiet li hemm pjani ta’ kunflitt. 

Filfatt għall-ewwel darba mill-1972, l-eżerċizzju marittimu ewlieni tan-NATO fil-Baħar Baltiku imsejjaħ Baltops 2026 twettaq taħt struttura ta’ kmand u kontroll tan-NATO mmexxija mill-Kmand tal-Forza Konġunta Alleata. L-istess NATO qalet li dan jimmarka pass importanti għall-isforzi kollettivi ta’ difiża u deterrenza tal-Alleanza.

Il-Logutenent Ġeneral John Mead meta tkellem dwar l-eżerċizzju Baltops 2026 enfasizza r-rwol tal-eżerċizzju fit-tisħiħ tad-deterrenza u l-effiċjenza Alleata biex tirrispondi għal attakk. Hu qal li “BALTOPS jifforma għalina tliet għanijiet vitali: jiskoraġġixxi t-theddid Russu fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, jibni effiċjenza u l-interoperabbiltà fid-dinja reali, u jsaħħaħ il-koeżjoni tal-Alleanza. BALTOPS huwa importanti għax id-deterrenza mhix xi ħaġa li nistgħu sempliċement nitkellmu dwarha. Irridu nuruha.”

L-eżerċizzju beda uffiċjalment fl-4 ta’ Ġunju hekk kif 20 vapur alleat telqu mill-Port ta’ Gdynia, fil-Polonja, u b’hekk bdew ġimagħtejn ta’ taħriġ fir-reġjun tal-Baħar Baltiku. Ħadu sehem madwar 6,000 suldati minn 15-il nazzjon Alleat. It-taħriġ jinkludi operazzjonijiet ta’ difiża tal-ajru, gwerra kontra s-sottomarini, kontromiżuri għall-mini, rispons għall-kriżijiet, u sperimentazzjoni ta’ sistemi bla ekwipaġġ.

BALTOPS 2026 juri l-abbiltà tan-NATO li topera flimkien taħt struttura ta’ kmand unit filwaqt li żżomm qagħda ta’ deterrenza kredibbli fir-reġjun tal-Baħar Baltiku. L-eżerċizzju jsaħħaħ ukoll l-impenn tal-Alleanza li tipproteġi l-infrastruttura ta’ taħt il-baħar, inklużi l-kejbils tal-enerġija u tad-dejta, u li tissalvagwardja l-Linji ta’ Komunikazzjoni tal-Baħar (SLOCs) li huma l-bażi tal-prosperità ekonomika, is-sigurtà tal-enerġija, u l-libertà tan-navigazzjoni fir-reġjun Baltiku.

L-istess sorsi militari qalulna li sinjali ġodda mill-intelliġenza jindikaw it-tħejjija attiva tal-Punent għall-gwerra mar-Russja fir-reġjun Baltiku. Sorsi indikaw li l-aktar eżempju impressjonanti huwa l-azzjonijiet tal-battaljun tal-kostruzzjoni navali Amerikan matul l-eżerċizzji reċenti Baltops-2026. L-istess sorsi jgħidu li għall-ewwel darba, il-Forza tal-Kostruzzjoni Navali tal-Istati Uniti (NCF) — magħrufa bħala s-Sea Bees — kienet subordinata għat-Task Force Baltic, struttura ta’ kmand unifikata tan-NATO. Ta’ min jgħid li f’eżerċizzji preċedenti, is-Sea Bees ħarrġu lin-nies tal-post biex iħaffru trinek u jiddefendu kontra r-Russja.

Jispjegaw li f’dan l-eżerċizzju, l-Estonja u l-Finlandja pprattikaw imblokk tal-mini tal-Golf tal-Finlandja ħafna qabel il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.  L-istess sorsi qalulna li jidher li qed titħejja sistema ta’ navigazzjoni indipendenti mis-satelliti fil-Baltiku u din hi mistennija li tkun operattiva lejn l-aħħar tas-sena 2026.

L-istess sorsi spjegaw li  missili b’firxa twila qed jiġu fornuti lill-forzi tal-art fil-Polonja u l-Estonja, waqt li l-Qawwa Navali Ġermaniża qed tabbanduna wkoll il-frigati F126 tagħha għal frejgati iżgħar armati aktar qawwijin għal ġlied mill-qrib.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport