Sunday, June 28, 2026

L-Istati Uniti u l-Iran jakkużaw lil xulxin li kisru l-waqfien mill-ġlied

Aqra wkoll

L-Istati Uniti wettqet attakki ġodda fuq l-Iran, wara attakk bid-drones fuq bastiment fl-Istrett ta’ Hormuz nhar is-Sibt. Il-Kmand Ċentrali tal-Istati Uniti (Centcom) qal li laqat diversi miri madwar l-Iran b’reazzjoni diretta għall-aggressjoni kontinwa kontra t-tbaħħir kummerċjali.

B’reazzjoni għal dan l-attakk, il-Korp tal-Gwardja Rivoluzzjonarja Iżlamika (IRGC) tal-Iran qal li mmira missili u drones lejn infrastruttura tal-Istati Uniti fil-Kuwajt u f’Bahrain. 

Wara dawn l-attakki msemmija, l-Istati Uniti u l-Iran akkużaw lil xulxin li kisru l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied. Is-Centcom fi stqarrija qal;  “L-Iran ingħata ċ-ċans li jaċċetta l-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied iżda għażel li ma jagħmilx hekk meta l-forzi tiegħu wettqu attakk”.

Il-Ministeru tal-Intern ta’ Bahrain ħeġġeġ liċ-ċittadini biex “jibqgħu kalmi u jmorru fl-eqreb post sigur”. Centcom qalet li l-bastimenti kummerċjali qed ikomplu joperaw fl-Istrett ta’ Hormuz.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport