Raġel ta’ 36 sena residenti l-Birgu tressaq il-Qorti mixli li laqat uffiċjal pubbliku u baqa’ sejjer.
Fil-Qorti, ġie spjegat li l-imputat allegatament saq vettura b’mod perikoluż u mingħajr liċenzja fil-Belt Valletta. L-imputat kien mixli wkoll li m’obdiex l-ordnijiet ta’ uffiċjal pubbliku u li weġġgħu ħafif.
Il-Pulizija bdiet tinvestiga wara li daħlilhom rapport li fil-Belt kien hemm hit and run fejn uffiċjal pubbliku intlaqat u li x-xufier baqa’ sejjer. Fil-Qorti ingħad li konsegwenza tal-hit and run, l-uffiċċjal sofra minn ġrieħi ħfief u li l-imputat ġie arrestat ftit ‘il bogħod minn fejn seħħ l-inċident.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Anne Marie Thake skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal sena. L-imputat kien ikkundannat sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn

