Sunday, December 22, 2024

In-nisa Ewropej huma fuq quddiem nett fil-kura tal-COVID-19

Aqra wkoll

Il-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea huma nisa (78%)

Dan jirriżulta minn statistika ppubblikata mill-Eurostat li turi wkoll li aktar minn terz (36%) tal-ħaddiema tas-saħħa għandhom 50 sena jew aktar, segwiti minn dawk li għandhom bejn 35 u 49 sena (35%) u mbagħad minn dawk li għandhom 34 sena jew inqas (29%).  

Dawn iċ-ċifri huma dawk li ġew ippreżentati fl-aħħar kwart tal-2019 fejn jirriżulta li hemm mal-14.7 miljun persuna li għandha aktar minn 15-il sena u li hi impjegata fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. 

Dawn ix-xogħlijiet jinkludi tobba, infermieri, midwives u l-assistenti tagħhom, ħaddiema tal-kura personali, kif ukoll professjonisti oħra tas-saħħa u l-assistenti tagħhom. 

Fil-każ ta’ Malta, il-Lussemburgu u Ċipru, l-akbar ammont ta’ ħaddiema tas-saħħa kienu dawk li għandhom bejn 15 u 34 sena.

Ekonomija

Sport