Wednesday, April 24, 2024

Inawgurata sala ġdida fl-Isptar Mater Dei

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne inawgura sala ġdida fl-Isptar Mater Dei. Fearne qal li din is-sala ta’ sitt sodod tintuża biex tagħti kura speċjalizzata lil pazjenti li jkollhom bżonn kura intensiva wara intervent maġġuri fost sitwazzjonijiet oħra. Din hija sala li toffri livell ogħla minn dak ta’ sala normali, iżda li mhuwiex daqstant għoli daqs dak fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Din is-sala se tippermetti li jsiru aktar operazzjonijiet maġġuri. Dan minħabba li qabel kien ikun hemm sodod fl-ITU li jkunu meħudin minn dawn il-pazjenti u b’hekk issa wara dawn l-operazzjonijiet maġġuri, il-kirurgi se jkunu preparati li se jkollhom aċċess għal din is-sala biex jagħtu s-servizz lill-pazjenti tagħhom minnha.

Fearne qal li f’din l-aħħar parti tal-pandemija, din il-unit qiegħda taqdi funzjoni verament importanti. Madwar id-dinja kien hemm sptarijiet li kellhom inaqqsu s-servizzi biex ilaħħqu mal-każijiet, iżda pajjiżna naqqas l-interventi kirurġiċi biss għal ftit xhur, iżda grazzi għal dawn l-investimenti l-ħidma qiegħda tkompli.

Matul il-pandemija żdiedet il-lista ta’ stennija għal operazzjonijiet fejn sa April kien hemm 5,954 persuna li kienu ilhom jistennew aktar miż-żmien stipulat. Kif naqsu l-każi, din il-lista bdiet tonqos u din il-figura f’Settembru naqset għal ftit aktar minn 3,000.

Sport