Aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa (0500hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident
tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn sabet Toyota Vitz maqluba fuq is-saqaf bix-xufier,
raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Qormi u passiġġiera, tfajla ta’ 18-il sena residenti s-Swieqi, barra
mill-vettura. Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei
b’ambulanza, fejn aktar tard ix-xufier ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li t-tfajla sofriet
ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li l-vettura laqtet arblu tad-dawl, inqalbet u ħadet in-
nar. Madankollu, iż-żewġ persuni irnexxielhom joħorġu mill-vettura qabel ma qabad in-nar.
Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
L -investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejji
