Sarath Babu Kongadan ta’ 33 sena residenti Ħal Qorti se jkun qiegħed jgħaddi ġuri fejn se jiġi akkużat li meta kien fil-bajja tal-Għadira stupra tifla ta’ 15-il sena li kienet qed tgħallmu jgħum.
Il-Prosekuzzjoni qiegħda takkuża lil Indjan li fl-2019 meta kien jaħdem bħala xufier f’Malta jwassal l-istudenti ltaqa’ mat-tifla f’wieħed mill-vjaġġi li kien jagħmel.
Jirriżulta li ftit wara li ltaqa’ magħha beda jkellimha fuq il-midja soċjali. F’wieħed mill-messaġġi kien talabha biex jiltaqgħu ħalla tgħallmu jgħum.
It-tifla kienet aċċettat u fl-24 ta’ Awwissu tal-2019 kienu ltaqghu fil-bajja tal-Għadira. Minn dak li qalet it-tfajla, kien ipprova jneħħilha l-malja u anke daħħal subgħajh fil-parti ġenitali tat-tifla waqt li kienu fil-baħar.
It-tifla għamlet rapport bil-Pulizija tressaq lil Kongadan fil-Qorti tal-Maġistrati li ddeċidiet li kien hemm provi biżżejjed biex huwa jgħaddi ġuri.