Monday, May 20, 2024

Infermier ma jinstabx ħati li seraq minn pazjent ġewwa l-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Il-Qorti tilmenta fuq in-nuqqas ta’ verifika ta’ fatti, kif ukoll ix-xhieda inkonsistenti miġjuba mill-Prosekuzzjoni

Antonio Grech, raġel ta’ 52 sena li kien jaħdem bħala infermier fi ħdan l-Isptar Mater Dei, inħeles mill-Qorti wara li ma nstabx ħati li kkommetta serq fuq pazjenta wara li din kienet qegħda tiġi rrikoverata ġewwa t-taqsima tal-MIU.

Il-każ imur lura għal-lejl ta’ bejn id-29 u t-30 ta’ Settembru tal-2019, fejn skont ix-xhieda tal-Ispettur Prosekutur Mario Xiberras, l-anzjana Carmelina Campion ta’ 66 sena kienet talbet lil nursing aide għall-comode, u wara li għamlet il-kumditajiet tagħha u kixfet il-purtiera, rat lill-imputat joħroġ idejh mill-basket tagħha li kien qiegħed ħdejn is-sodda. Eventwalment, hija kienet indunat li kien hemm nuqqas ta’ €60 mill-portmoni tagħha.

L-imputata kienet saħqet li l-akkużat kien jismu Richard, pero waqt ID Parade magħmula mill-pulizija, hija għarrfet lill-akkużat Grech. 

Min-naħa tiegħu,  Grech kkonferma li kien fil-ward fil-ħin li allegatament seħħet is-serqa, il-pażjenta riedet tagħmel il-commode, pero huwa wieġeb fin-negattiv minħabba li kien ra lill-pazjenta timxi ftit tal-minuti qabel, u allura qallha li tista tmur fil-kamra tal-banju. Għal dan, l-akkużata kienet irrabjata, u qaltlu li kienet ser tirrapurtah. Huwa ċaħad totalment li qatt seraq xi flus kontanti lill-pazjenta.

FId-deliberazzjoni tagħha, il-Qorti saħqet li l-prosekuzzjoni naqset milli tipprovdi ċertu dettalji, “biex jagħtu aktar dawl għal kif ġraw verament l-affarijiet. Ix-xhieda tal-parte ċivile kienet waħda inkonsistenti, u xi daqqiet imfixkla. Din ma tagħmilhiex faċli għal din il-Qorit biex tiddeċiedi b’ċerta serenita favur il-prosekuzzjoni.”

“Ix-xhieda. tas-SInjura Campion ma għenitx biex jiġu ċċarati ċertu dubji, u dan meta mqabbla mad-depożizzjoni tal-imputat li kienet pjuttost ċara u inekwivoka. Għaldaqstant, tali dubju għandhom imorru a favur tal-imputat.”

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ppresediet il-każ.

Sport