Saturday, December 21, 2024

Infermiera b’disa’ xhur tqala fost il-persuni mejta fl-isplużjoni ġewwa Sqallija

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tas-salvataġġ Taljani ħarġu erba’ katavri oħra minn qalb it-tifrik tal-bini li ġġarraf ġewwa Sqallija wara splużjoni li seħħet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Hu mifhum li din l-isplużjoni seħħet kawża ta’ ħruġ ta’ gass. 

Minn tal-inqas hemm seba’ persuni li tilfu ħajjit­hom f’din l-isplużjoni li qerdet erba’ binjiet residenzjali ġewwa l-belt ta’ Ravanusa. Il-ħaddiema tat-tifi tan-nar għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet hekk kif għad hemm żewġ persuni li huma rrapportati nieqsa. B’kollox kien hemm 100 persuna li kellhom jitilqu mid-djar tagħhom minħabba din l-isplużjoni. 

L-awtoritajiet tal-pajjiż qalu li erbat idjar iġġarrfu filwaqt li tlieta oħra sofrew ħsarat estensivi fl-isplużjoni li nstemgħet minn erba’ mili bogħod. Sfortuntament qalb it-tifrik instab katavru ta’ infermiera ta’ 30 sena li kellha disa’ xhur tqala. Il-katavru tagħha nstab maġenb dak ta’ ommha u missierha. 

Ekonomija

Sport