Friday, April 19, 2024

Influencer tirċievi mijiet ta’ ritratti oxxeni… issostni li dan għandu jkun illegali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Influencer fuq il-midja soċjali għażlet li tikser is-silenzju b’rabta ma’ każi ta’ cyber-flashing li ilha tesperjenza għal dawn l-aħħar 10 snin.

Jess Davies minn Penarth, f’Wales spjegat li spiċċat tirċievi mijiet ta’ ritratti oxxeni mhux mitluba minnha.

Dan hekk kif qiegħda tiżdied is-sejħa biex cyber-flashing jibda jitqies bħala reat bħala parti mir-riforma fil-liġi bil-għan li tiżdied is-sigurtà online.

Jess, li għandha aktar minn 150,000 segwaċi fuq Instagram qalet li wara dawn l-attakki kontinwi bħal donna saret insensibbli għar-ritratti li tirċievi u żiedet tgħid dwar l-importanza ta’ liġi li tiddistigwi bejn dak li huwa legali u dak li mhuwiex.

Hija kompliet tgħid li ssofri minn dawn l-attakki online kull xahar jekk mhux aktar frekwenti minn hekk u fost ritratti li tirċievi jkunu ritratti mill-viċin ta’ partijiet intimi jew saħansitra ta’ persuni waqt atti sesswali.

Hija saħħet l-argument tagħha billi qalet li dan l-aġir sfortunatament qisu sar xi ħaġa “normali” online u li għalhekk hemm bżonn li jkun hawn ir-riforma meħtieġa fil-liġi. “Bħalma huwa illegali li bniedem jesponi lilu nnifsu fil-pubbliku, hekk ukoll għandu jkun meta dan l-aġir iseħħ online”, tenniet tgħid.

Sport