Saturday, May 4, 2024

Ingliż xettiku dwar it-tilqima jmut jibki xortih li ma tlaqqamx wara li laqqat il-virus

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Ingliż ta’ 34 sena li kien xettiku rigward il-vaċċin miet feit kiem wara li ġie infettat bil-virus. Ir-raġel; Matthew Keenan spiċċa f’koma f’infermerija fi Bradford bit-tama li jirkupra u matul dan il-perjodu stara fuq il-midja soċjali li jixtieq ħafna jdawwar l-arloġġ lura biex ikun jista’ jieħu t-tilqima.

Huwa stqarr li “il-Covid-19 verament jeżisti” filwaqt li xerred ritratt tat-test li minnu rriżulta li r-raġel kien pożittiv għall-virus.

Il-konsulenta Leanne Cheyne; bil-permess tal-pazjent, xerrdet ritratt fuq Twitter li juri lill-missier jingħata l-ossiġnu permezz tal-ventilatur fil-11 ta’ Lulju. Hija żiedet tgħid li sfortunatament il-pazjenti l-aktar gravi fil-preżent huma dawk taħt l-40 sena u  dawk li mhumiex imlaqqmin.

Sport