Friday, December 27, 2024

INKOMPLU NESPANDU R-RIŻORSI TA’ SAPPORT GĦAL DAWK FIL-BŻONN

Il-Fondazzjoni twessa’ r-riżorsi biex tippromwovi aktar prattiċi ta’ logħob tal-azzard responsabbli permezz ta’ Gamban Blocking Software Jikteb KAYNE SAID - Maniġer għal Komunikazzjoni [email protected]

Aqra wkoll

F’pass lejn it-trawwim ta’ prattiċi ta’ logħob tal-azzard responsabb­l­i, il-Fondazzjoni Logħob Responsabbli (RGF) ħabbret iż-żieda ta’ Gamban, blocking software avvanzat mal-firxa ta’ riżorsi tagħha.

Ta’ min iżomm f’moħħu li wieħed mill-għanijiet tal-Fondazzjoni hu li dejjem tkun ta’ spalla għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor il-logħob tal-azzard jirnex­xilu jniggiżhom fil-ħajja mill-aspett mentali, soċjali jew saħansitra mill-aspett finanzjarju.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tagħti s-setgħa lill-ġukaturi billi tipprov­dilhom għodod li huma effettivi ferm biex jeżerċitaw kontroll u jippromwovu draw­wiet ta’ logħob respon­sabbli (RG Practices).

Għodod li llum il-ġurnata m’huma xejn għajr neċessita fid-dinja tal-logħob tal-azzard.

Gamban, softwer ewlieni fl-industrija, joffri soluzzjoni robusta għal individwi li qed ifittxu li jimmaniġġjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard tagħhom.

Is-softwer jiffunzjona billi jimblokka l-aċċess għal pjattaformi tal-logħob tal-azzard onlajn, applikazzjonijiet mobbli, u websajts oħrajn relatati mal-prattiċi ta’ logħob tal-azzard.

Filwaqt li tirrikonoxxi l-prevalenza dejjem tikber tal-logħob tal-azzard onlajn u l-importanza tal-benessri tal-ġukaturi, id-deċiżjoni tal-Fondazzjoni li tinkludi lil Gamban hija pass sinifikanti lejn il-minimizzazzjoni tal-ħsara potenzjali assoċjata mal-logħob tal-azzard eċċessiv.

B’din iż-żieda l-Fondazz­joni għandha l-għan li tgħammar lill-ġukaturi bir-ri­­żorsi meħtieġa biex jieħdu deċiżjonijiet informa­ti u jeżerċitaw imġiba res­ponsabbli waqt li jkunu involuti f’attivitajiet tal-logħob tal-azzard.

B’hekk il-Fondazzjoni qiegħda żżid dan il-blocking software ma’ Betblocker. Servizz ieħor li jaħdem fuq l-istess prinċipju. Il-Fondazzjoni qiegħda tagħmel dan biex il-ġukatur li jkun fil-bżonn ikollu għażla tajba u b’saħħitha!

Għal aktar informazzjoni dwar kif tikseb kodiċi biex tniżżel Gamban b’xejn, il-partijiet interessati jistgħu jikkuntattjawna fuq il-Linja ta’ Sapport Nazzjonali 1777 jew permezz tal-websajt www.rgf.org.mt, permezz taċ-chatline.

Flimkien ejjew noħolqu ambjent tal-logħob tal-azzard aktar sigur u nagħtu s-setgħa lill-ġukaturi biex jagħmlu għażliet responsabb­li għal esperjenza ta’ logħob aktar b’saħħitha u pjaċevoli.

Ekonomija

Sport