Friday, May 3, 2024

Inter champions Taljani għall-20 darba

Aqra wkoll

Inter rebħu l-Iscudetto għall-20 darba fl-istorja tal-club meta fid-Derby della Madonnina għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-1 liema rebħa setgħet kienet ferm akbar.

Huma fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Francesco Acerbi (18)  u rduppjaw minn xutt fil-baxx ta’ Marcus Thuram (49) minn tarf il-kaxxa. 

Iżda, fit-80 minuta, Milan naqqsu l-marġni tal-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Fikayo Tomori, peró Inter żammew il-vantaġġ sal-aħħar.

Iżda dan il-konfront kien imtappan bi tliet tkeċċijiet fil-ħin miżjud – Theo Hernandez (Milan) u Denzel Dumfries (Inter) għax bdew jiġġieldu u  David Calabria (Milan) għax ta daqqa ta’ min­keb. 

Roma v Bologna (1-3) – Bologna għamlu pass kbir biex itemmu fir-raba’ post li jfisser il-biljett għall-UEFA Champions League wara li marru għand Roma u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 … u b’hekk fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti fuq l-istess Ro­ma li jinsabu l-ħames.

Il-goals waslu minn Oussama El Azzouzi (14), Joshua Zirkzee (45) u Alexis Saelemaekers (65) filwaqt li Sardar Azmoun (55) wieġeb għal Roma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport