Friday, May 3, 2024

“Allura ngħid l-Oppożizzjoni mhux qed tgħix f’din id-dinja?”- Glenn Bedingfield

Aqra wkoll

“Niskanta kif membru ġdid tal-Oppożizzjoni, għadu żgħir u fadallu ħafna fil-politika u jiġi jgħidilna pajjiżna huwa tat-tielet dinja. Jien ngħid allura l-Oppoożizzjoni mhux qed tgħix f’din id-dinja… Għax jekk tista tgħid kollox fuq Malta, ma tistax tgħid illi aħna pajjiż tat-tielet dinja”

Dan iddikjarah is-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield fil-Parlament, hekk kien qiegħed jirrferi għad-diskors li għamel id-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.

Is-Segretarju b’referenza għall-qgħad, qal li jekk wieħed iqabbel ir-rata ta’ qgħad li kellna fl-2013 mar-rata ta’ qgħad illi għandna, ir-risposta tiġi weħidha.

Hawnhekk żied jgħid li meta wieħed iħares lejn it-tkabbir ekonomiku fl-2012, fl-2013 u fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gonzi PN u jqabbilhom mar-rata ekonomika ta’ pajjiżna, illum ukoll ir-risposta toħroġ waħedha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport