Saturday, December 21, 2024

Il-holders Inter eliminati mill-Coppa Italia

Aqra wkoll

Il-holders Inter sfaw eliminati mill-Coppa Italia meta fir-round tal-Aħħar 16, f’darhom huma sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Bologna li liema partita kellha tiġi deċiża fil-ħin barrani wara li sad-90 minuta l-ebda team ma kien għadu sab ix-xibka avversarja. 

Peró, in-Nerazzurri setgħu rebħu fil-ħin normal meta fil-65 minuta ngħataw penalty għal handball ta’ Tommaso Corazza. Iżda mill-11-il metru, Lautaro Martinez ra lill-goalkeeper, Federico Ravaglia, jilqa’ t-tentattiv tiegħu. 

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għall-attakkant Arġentin, fil-ħin barrani huwa kellu jiġi mibdul Henrikh Mkhitaryan wara li sofra injury muskolari fil-koxxa. 

Inter fetħu l-iskor fit-92 minuta minn Carlos Augusto (92) iżda żewġ goals minn Sam Beukema (112) u Dan Ndoye (116) taw il-kwalifikazzjoni lil Bologna li bħalissa huma t-team rivelazzjoni fl-Italja. 

Ekonomija

Sport