Thursday, September 3, 2026
Home Sport Inter iħabbru l-iskwadra uffiċjali għall-UEFA Champions League 2026/27

Inter iħabbru l-iskwadra uffiċjali għall-UEFA Champions League 2026/27

0
49

Inter ħabbru uffiċjalment l-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League għall-istaġun 2026/27, inklużi l-erba’ akkwisti l-ġodda John Stones, Curtis Jones, Aleksandar Stankovic u Djed Spence. 

Il-clubs jistgħu jinkludu massimu ta’ 25 player fil-Lista A, iżda Inter għandhom 23 biss minħabba li għandhom seba’ plejers lokalment minflok it-tmienja meħtieġa. 

Fost il-players Taljani hemm Alessandro Bastoni, Federico Dimarco, Nicolo Barella u Piotr Zielinski. 

Pio Esposito u Stankovic ġew inklużi fil-Lista B, li hija riservata prinċipalment għall-players żgħażagħ li jissodisfaw il-kriterji tal-UEFA.

L-iskwadra tinkludi wkoll players ta’ esperjenza bħal Lautaro Martinez, Marcus Thuram, Hakan Calhanoglu u Henrikh Mkhitaryan. Fid-difiża hemm Stones, Akanji, Pavard u Bastoni, filwaqt li Curtis Jones iżid kwalità fil-midfield. Inter se jittamaw li b’din l-iskwadra jkollhom ċans tajjeb li jikkompetu għall-ogħla unuri fl-Ewropa.

L-iskwadra hija:

Goalkeepers: Josep Martinez, Raffaele Di Gennaro, Ivan Provedel. 

Difensuri: John Stones, Manuel Akanji, Benjamin Pavard, Carlos Augusto, Yann-Aurel Bisseck, Federico Dimarco, Mattia Marello, Alessandro Bastoni, Djed Spence.

Midfielders: Piotr Zielinski, Petar Sucic, Luis Henrique, Andy Diouf, Hakan Calhanoglu, Curtis Jones, Henrikh Mkhitaryan, Nicolo Barella. 

Attakanti: Marcus Thuram, Lautaro Martinez, Ange-Yoan Bonny.  

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here