Thursday, September 3, 2026
Home Sport Mohamed Salah jirritorna f’Liverpool …

Mohamed Salah jirritorna f’Liverpool …

0
54

Mohamed Salah irritorna lejn Liverpool wara li martu, Magi, welldet l-ewwel tifel tagħhom, li se jismu Leil, isem li bl-Għarbi jfisser “lejl”. 

Il-koppja, li żżewġet fl-2013, diġà għandhom żewġt ibniet, Makka u Kayan. 

Salah u l-familja tiegħu kienu qattgħu kważi 10 snin jgħixu fil-belt ta’ Liverpool u kienu jħossuhom id-dar hemmhekk.

Dan is-sajf, Salah telaq mill-club u ngħaqad ma’ Trabzonspor fit-Turkija. 

Sadanittant, Trabzonspor għadda minn bidu diffiċli wara t-telfa ta’ 5-0 aggregate kontra Ferencvaros fil-play-offs tal-Europa League, li wasslet għat-tluq tal-coach Fatih Tekke. 

Minkejja d-diżappunt, Salah qal li Trabzonspor huwa l-clyb tiegħu u li jinsab determinat jirbaħ trofej u jikseb suċċess mat-team.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here