Wednesday, July 24, 2024

Inter iridu jġeddu l-kuntratt ta’ Simone Inzaghi

Aqra wkoll

Il-media Taljana tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-kowċ ta’ Inter Simone Inzaghi li eżattament sena ilu kien qed jiġi diskuss jekk jibqax imexxi lin-Nerazzurri jew le. Fil-fatt, Inter xejn ma kienu għaddejjin minn mument tajjeb speċjalment wara żewġ telfiet konsekuttivi kontra Bologna u Monza.

Sena wara, Inzaghi għaddej fl-aqwa mument possibbli hekk kif għandu t-tim tiegħu fl-ewwel post tal-klassifika filwaqt li jinsab viċin li jirbaħ il-kampjonat Taljan.

Id-diriġenti ta’ Inter huma lesti li jġeddulu l-kuntratt tiegħu li jiskadi sena oħra minħabba li jarawh bħala l-kowċ tal-futur.

Ekonomija

Sport