Saturday, April 26, 2025

“Inti Vassallo kunjomok? ….mela bħan-nanna tiegħi”- Il-Papa Franġisku lil suldat li kien fil-Laboratorju tal-Paċi

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“In-nanna ta’ Franġisku kien kunjomha Vassallo. Meta kien ħiereġ minn hawn, kien hemm suldati jismu Toni u kien mal-bieb. Il-Papa Franġisku waqaf ikellmu u staqsieh x’jismu u qallu Toni Vassallo. Kif sema’ l-kelma Vassallo, qallu ‘inti kunjomok Vassallo?… mela bħan-nanna tiegħi”. 

Dan irrakkontahulna Patri Dijonisju Mintoff meta fl-aħħar jiem iltqajna miegħu u tkellimna dwar iż-żjara ta’ Papa Franġisku f’Malta u kif laqtitu l-mewt tiegħu. In-nanniet ta’ Franġisku kienu jisimhom Juan Bergoglio u Rosa Margarita Vassallo.

Patri Mintoff jgħidilna li ħaġa li laqtitu kien li meta kien hawn il-Papa Franġisku semielu kif missieru kien iddeċieda li jitlaq mill-Italja u bbukkjaw kollox fuq vapur. Dan iżda ħass li se jinqata’ mill-għeruq u ma reġa’ bdielu u ma marx. Aktar tard is-sitwazzjoni ħżienet aktar fl-Italja u telqu lejn l-Arġentina. 

Patri Dijonisju Mintoff jirrakkonta kif il-Papa qallu li dak il-bastiment li fuqu kien se jkun hemm ommu, missieri, nannietu u zijietu, kien spiċċa għereq. “Kieku dakinhar marru, jien illum m’iniex hawn”, qal il-Papa lil Dijonisju.

Intant, illum se jkun qiegħed isir il-funeral ta’ Papa Franġisku.

Intervista sħiħa għada f’IT-TORĊA

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport