Wednesday, April 24, 2024

Investigati każi ta’ klieb li traqqdu mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali ntqal li għaddejja investigazzjoni b’rabta ma’ klieb li traqqdu mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali. Dan wara li numru ta’ allegazzjonijiet li kien hemm klieb li traqqdu klieb waqt li kienu qed jinżammu mill-istess Dipartiment.

L-Uffiċċju spjega kif ma ġie kkonsultat bl-ebda mod minn qabel dwar dawn il-każijiet hekk kif skont il-liġi mhuwiex obbligat li d-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali jiġi involut f’dawn il-każijiet.

Hawnhekk ġiet kwotata parti mil-liġi li tgħid li  “…annimali aggressivi m’għandhom jinżammu u jistgħu jinqatlu jekk hemm il-bżonn li jsir hekk. Tali deċiżjoni tittieħed mid-Direttur għas-Servizzi Veterinarji jew mid-Direttur tal-Ħarsien tal-Annimali.”

Fl-istess messaġġ intqal kif membri mill-pubbliku li jixtieq iservu ta’ kontribut waqt din l-investigazzjoni jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-Kummissarju fuq [email protected].

Kif jitlesta dan ir-rapport se jkun ippubblikat.

Sport