Saturday, May 4, 2024

Investiment ta’ €30,000 f’Youth Cafe fl-Imsida

Aqra wkoll

Aġenzija Żgħażagħ investiet €30,000 biex tirrenova l-Youth Cafe tagħha fl-Imsida u tkun tista’ torganizza numru ta’ programmi ta’ ħiliet għaż-żgħażagħ. Il-Youth Cafe huwa armat fost oħrajn b’tagħmir tal-audio u l-multimedia, u huwa aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Grazzi għal dan l-investiment, Aġenzija Żgħażagħ dan is-sajf niediet żewġ programmi: Sound On u Take Action, li huma ddisinjati għal żgħażagħ li jixtiequ jesploraw id-dinja tar-radju u l-fotografija bħala mezzi ta’ komunikazzjoni. B’kollox, 86 żagħżugħ u żagħżugħa kienu parti minn dan il-programm.

B’referenza għal dan l-investiment li għamilha possibbli għal Aġenzija Żgħażagħ li toffri dawn il-programmi, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima qal li, “Dan huwa eżempju ċar u tanġibbli ta’ kif qegħdin nagħtu opportunitajiet li permezz tagħhom iż-żgħażagħ jiżviluppaw u jesperjenzaw dawn it-tip ta’ inizzjattivi li jgħinuhom għall-futur tagħhom.”

Żgħażagħ li kienu parti minn dan il-programm qalu li permezz ta’ din l-inizjattiva issa għandhom iktar kunfidenza biex jużaw dan it-tagħmir, filwaqt li tgħallmu x’tinvolvi l-produzzjoni ta’ programmi fuq ir-radju.

Sport