Friday, May 3, 2024

Il-ġenituri abbużawha, ħaġġruha u tefgħu il-ħmieġ fuqha

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-istorja tat-tfajla li ħarġet rebbieħa wara tfulija martirju

Heather Trim, fetħet qalbha mal-pubbliku dwar it-tfulija kiefra li kellha u l-ġenituri abbużivi tagħha. Trim, mara ta’ 38 sena, qalet kif il-ġenituri tagħha, Gerald u Pamela Platz, għamlu abbuż fiżiku u sesswali fuqha u fuq ħutha għal numru ta’ snin. 

F’waħda mid-diversi stejjer ta’ waħx li qasmet ma’ udjenza internazzjonali, hija tirrakkonta kif ġurnata partikolari, il-ġenituri żammewla għanejha miftuħa permezz ta’ stapler wara li rrifjutat li tara’ film tal-biża. Dan apparti l-fatt  li ssakkret fil-kantina mingħajr ebda ikel u ilma. 

B’dispjaċir hija tgħid kif ġiet imħaġġra u abbużata sesswalment mill-ġenituri tagħha stess tant li l-omm kienet tgħir minn ċertu atti li kien jagħmel il-missier fuq iċ-ċkejkna tagħhom. Apparti minn hekk, kienu jitfawla oġġetti ta’ daqs differenti f’widnejha, tant li naqsilha s-smigħ u jwaddbulha l-ħmieġ uman fuqha.

Abbuż ta’ droga  

Il-ġenituri, għal numru ta’ snin, kienu jagħmlu użu minn numru ta’ sustanzi, fosthom inalanti kif ukoll alkohol. Tant hu hekk li Heather twieldet b’foetal alchohol syndrome. Hija kienet l-unika tifla minn seba’ subien u għalhekk li tgħid li din kienet waħda mir-raġuni għaliex kienet il-mira tagħhom. “Kważi ksirt kull għadma f’ġismi. Niftakar li kienu jiftgħu l-awrina fuqi, jobżquli u kienu jisfurzawni nagħmel ċertu affarjiet.”

Maqtugħa mis-soċjetà

“L-isptar biss kienu jafu kemm il-darba weldet Pamela, sintendi għax kienet tmur hemm biex twelled. Iżda l-isptar kemm il-darba pruvaw iwaqqfuha milli toħodhom id-dar peress li kienu jitwieldu qabel iż-żmien. Kienu jaħarbu mill-isptar u mmorru noqgħodu f’post ġdid fejn  ma kien ikun jafna ħadd. ”

Filwaqt li Heather irnexxielha taħrab ta’ sitt snin, fil-bidu ta’ ħajjitha kienet tinżamm ġewwa dar qalb bosk, u rari li kienet tiltaqa’  ma membri tal-familja.  Tgħid kif peress li hija qatt ma rċiviet edukazzjoni, ma kinitx taf x’inhuma l-pulizija u għaldaqstant ma setgħetx titlob għall-għajnuna. Dan sakemm hi u ħutha ġew salvati fl-1989. 

Ħelsien mill-infern

F’Settembru tal-1989, ġirien tal-familja raw  lil Byron, wild minnhom li sa’ dak iż-żmien kellu erbgħa snin, miexi quddiem id-dar tagħhom arwien. Id-demm beda jkarkar minn ma daru hekk kif kien qiegħed jiġi msawwat permezz ta’ injama li fiha kellha ħafna msiemer. Hemm, wieħed  mill-ġirien ċempel minnufih lil pulizija fejn dakinhar ħaduhom u tefgħu lit-tfal għal fostering

Heather tgħid, “ħadd ma kien jaf kemm kien gravi il-każ. Dak iż-żmien, kienu jaħsbu li kull ma kien abbuż fuq tfal biss, sakemm irritornajt lejn id-dar li fiha kont niġi fostered wara vista bla superviżjoni mal-ġenituri bioloġiċi tiegħi. Meta tawni banju raw evidenza ċara t’abbuż sesswali u t-tbenġil beda jidher fuq idejja u saqajja.” 

Ikkundannati

Il-prosekuturi saħqu li Gerald Platz allegatament kien jaqta’ idejn uliedu permezz ta’ ħġieġ imfarrak, juża stapler u jagħmel il-bżonnijiet tiegħu fuq wiċċhom. 

L-awtoritajiet qalu li dan l-abbuż seħħ bejn l-1968  u 1988. Minn rapporti tal-qrati, il-ġenituri Platz Qalu lill-uffiċjali tal-qrati li huma stess kienu vittmi ta’ abbuż fil-familji tagħhom filwaqt li kollha kellhom porblema serja bl-alkohol. 

Filwaqt li l-missier miet waqt li kien qiegħed il-ħabs, Pamela, li llum il-ġurnata għandha 59 sena, tidher li għadha ħajja u kuntenta hekk kif l-aħħar ritratt tagħha tidher titbissem. 

Fl-20 t’Awwissu, wara snin ta’ torturi fuq uliedhom, il-koppja Platz, ġew ikkundannati għomorhom il-ħabs fuq tmien akkużi ta’ abbuż u stupru fuq minn tal-inqas ħames ulied, bil-kbir nett li fl-età tenera ta’ seba’ snin.

X’sar minnha Heather illum?

Illum, Heather hija omm ta’ żewġt itfal f’Michigan u tgħid li, “eradikajt kull possibiltà li nsir bħall-ġenituri tiegħi, billi nsir omm jiena stess filwaqt li ngħallem u nuri imħabba bla ebda kundizzjoni u ngħix ħajja serena u kuntenta. Ħadd m’għallimni x’għandi nagħmel, kull ma kont naf hu li ma ridtx insir bħalhom. Il-fatt li għandi ħajja tagħtini s-saħħa. Salvajt f’sitwazzjoni li kellha toqtolni.” 

Sport