Sunday, December 22, 2024

Ippubblikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta dwar id-delitt ta’ Nicolette Ghirxi

Aqra wkoll

Il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija, ippresedut mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia, ikkonkluda l-inkjesta, li saret fuq talba tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, dwar id-delitt ta’ Nicolette Ghirxi li seħħ it-Tnejn 12 ta’ Awwissu 2024. 

Dan bl-għan li tiskrutinizza l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-Inkjesta Maġisterjali konġunta bejn il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza ta’ nhar it-23 ta’ Frar 2023, imwettqa mill-istess Imħallef Valenzia, b’rabta mal-qtil ta’ Bernice Cassar.

Il-Bord għall-Ilmenti dwar il-Pulizija, analizza wkoll l-operat tal-Korp tal-Pulizija marbut mal-vjolenza domestika u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u t-tħaddim tal-liġijiet relevanti u l-istandard operating procedures fis-seħħ.

Il-konklużjonijiet tal-inkjesta jistabbilixxu li:

•⁠  ⁠“Fil-fehma tal-Bord, fuq il-provi li sema’, ma jirriżultax li l-Pulizija failed to take measures within the scope of their powers which, judged reasonably, might have been expected to avoid [ that ] risk.

•⁠  ⁠“Il-fatti f’dan il-każ huma differenti minn dawk ta’ Bernice Cassar għalkemm ir-riżultat huwa l-istess. Il-Bord irid jimxi fuq il-fattispecie tal-każ ineżami u l-provi li jakkwisixxi. Fil-każ ta’ Bernice Cassar kien hemm ħafna red flags mhux bħal f’dan il-każ. Il-pattern fil-każ ta’ Ghirxi mhux simili għal każ ta’ Cassar.”

Ekonomija

Sport