Tuesday, December 24, 2024

Ir-raġel akkużat li prova jmiss it-tebut tar-Reġina għall-Qorti f’jum il-funeral tagħha

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena ġie akkużat b’reat kontra l-ordni pubblika wara li allegatament mar jipprova jmiss it-tebut tar-Reġina Eliżabetta II. Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, għall-ħabta tal-10.00 p.m. 

Muhammad Khan, minn Tower Hamlets fil-Lvant ta’ Londra, se jitressaq quddiem il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Westminter it-Tnejn. Stqarrija tal-pulizija kienet tgħid li: “Khan ġie akkużat is-Sibt b’reat taħt it-Taqsima 4A tal-Att dwar l-Ordni Pubblika; imġiba intiża li toħloq allarm, fastidju jew tbatija.” 

Khan huwa t-tieni persuna li qed jiġi akkużat li wettaq reat waqt li kien fil-kju jistenna biex jagħti l-aħħar tislima lir-Reġina. Dan hekk kif żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie mixli li allegatament kixef il-parti privata tiegħu u baqa’ dieħel fin-nies hekk kif dawn kienu qed jistennew f’Victoria Tower Gardens nhar l-Erbgħa. 

Adio Adeshine ġie mixli b’żewġ akkużi ta’ attakk sesswali u żewġ akkużi ta’ ksur ta’ ordni ta’ prevenzjoni ta’ ħsara sesswali. Huwa se jidher f’Southwark Crown Court nhar l-14 ta’ Ottubru li ġej.

Ir-Reġina Eliżabetta II se tingħata l-aħħar tislima t-Tnejn f’Westminster Abbey.

Ekonomija

Sport