Wednesday, April 24, 2024

L-ewwel suċċess f’Malta għal Sir Q.C. fil-klassi Premier

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa filgħaxija fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istaġun 2022 bit-42 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. Spikkat l-aktar it-tiġrija tal-aqwa klassi Premier li ntrebħet minn Sir Q.C. misjuq minn Paul Galea.

Tnax -il żiemel ġrew fil-klassi Premier. Sir Q.C. (Paul Galea) kien fost l-aktar veloċi wara l-bidu uffiċjali u wara ftit metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Jefferson Dotcom (Ludvic Ghigo) u Baladin Du Reynard (Kurt Saliba). Iż-żiemel ta’ Paul Galea baqa’ b’saħħtu sat-tmiem biex ħa l-ewwel rebħa fi xtutna minn Jefferson Dotcom minn Abydos Du Vivier (Charles Degiorgio), li kellu reazzjoni b’saħħitha fl-aħħar metri u minn Baladin Du Reynard. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.1” fil-kilometru. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hative De Ronsard (D. Cortis) Ħin – 2.47.2” (1.18.1”) 2. Goldenboy Du Greny (T. Demanuele) 3. Hidalgo Du Puy (M. Debono) 4. Havana De Payre (S. Schembri)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Croque Tout (D. Debono) Ħin – 2.47.4” (1.18.2”) 2. Sabacan Savage (W. Galea) 3. Greatandeasy C.C. (N. Baldacchino) 4. Chataigne d’Echal (S. Cassar)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Classic Gal (J.P. Farrugia) Ħin – 2.46.7” (1.17.9”) 2. Ein Man De Batb (S. Ringler – FRA) 3. Rose Lloyd (D. Farrugia) 4. Joyus (N. Baldacchino) 

Daniel Debono jerbaħ l-ewwel tiġrija uffiċjali tiegħu

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Forjan (R. Magro) Ħin – 2.40.6” (1.15”) 2. Durga Des Valerins (A. Farrugia) 3. Cessillac (Ch. Degiorgio) 4. Baltic Sautreuil (P. Galea)  

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Drakkar Cleville (K. Saliba) Ħin – 2.45.2” (1.17.2”) 2. Fils Du Soir (J. C. Pace) 3. Uranus Tepol (J. Cassar) 4. Elegant Frost (Sh. Axisa)

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fox Trot Maybe (M. Debono) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Erromanga (A. Farrugia) 3. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 4. Dardanus (J. Carabott) 

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Sir Q.C. (P. Galea) Ħin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Jefferson Dotcom (L. Ghigo) 3. Abydos Du Vivier (Ch. Degiorgio) 4. Baladin Du Reynard (K. Saliba)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. I Come In Peace (M. Ellul) Ħin – 2.45.1” (1.17.2”) 2. Edson Boko (C. Camilleri) 3. Dito Quick (M. Spiteri) 4. Calin Des Moissons (C. Caruana)

Sport