Tuesday, December 24, 2024

Ir-raġel li saq fuq folla ġewwa Wisconsin se jkun akkużat b’omiċidju

Aqra wkoll

L-uffiċjali tal-Pulizija ġewwa Wisconsin se jkunu qegħdin iressqu akkużi fil-konfront tax-xufier li saq fuq folla waqt parata tal-Milied nhar il-Ħadd li għadda. 

Huwa se jkun qiegħed jiġi akkużat b’ħames akkużi ta’ omiċidju intenzjonat. 

Il-Pulizija qalu li Darrell Edward Brooks Jr ta’ 39 sena qatel ħames persuni – li l-età tagħhom tvarja bejn 52 u 81 sena – u fera 48. Huma tennew li Brooks kien qiegħed jaħrab minn każ ta’ disturb domestiku u saq b’veloċità fiż-żona fejn kienet qiegħda ssir il-parata. Il-Pulizija tennew li jista’ jkun li jitressqu iktar akkużi kontrih. 

F’dan il-każ kien hemm xejn inqas minn 18-il tifel u tifla li sofrew ġrieħi. 

Ekonomija

Sport