Sunday, December 22, 2024

IR-REBĦA LI JMISS!

Jean Claude Micallef
Jean Claude Micallef
Deputat Laburista

Aqra wkoll

Jekk hux għat-tim nazzjonali Malti, Jekk hux għal Partit Laburista jew għal ġenerazzjonijiet tagħna u li ġejjin hemm direzzjoni waħda rebbieħa: dik sportiva. 

Sakemm se nibqgħu nixtiequ, nittamaw jew dilettanti fl-approċċ se jkollna biss riżultati inkonsistenti f’setturi varji. Hu dan mhux biss fil-qasam sportiv. Forsi għal xi wħud jaħsbu li l-politika li nixtieq nimbotta hi biss għal min hu sportiv. Anzi, hi mmirata għal min mhuwiex li hi l-maġġoranza tagħna l-Maltin. 

In-nuqqas ta’ kultura sportiva li kibret magħna u kabritna waslitna għal sitwazzjonijiet psikoloġiċi, soċjali, ambjentali u ekonomiċi. Liema sitwazzjonijiet jiswelna mhux biss sforzi u 

piżijiet finanzjarji imma wkoll effetti negattivi li jwassaluna biex il-kejl ta’ ġudizzju tagħna jkun limitat. Għaldaqstant qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ direzzjoni politika li nindirizzaw il-kawża mill-għeruq, il-kejl tar-rebħ u s-suċċess se jibqa ta’ li hu, b’perjodi li ma jtulux ġenerazzjonijiet. 

L-ewwel skuża tibqa ċ-ċokon ta’ pajjiżna. Hemm nonqsu fil-kobor tal-ħiliet individwali. 

It-tieni skuża tkun il-biża għal bidla lejn mentalità rebbieħa bil-kunċett ikun li ‘trid tikkuntenta bli għandek’. Il-qabża lejn l-eċċellenza ma ssirx bl-istatus quo. 

It-tielet skuża hu l-ippjanar sa mneħirna. Sal-lum il-kejl ta’ suċċess hu meqjus biss bil-finanzi f’assi u banek mhux bil-kwalità tal-ħajja li ngħixu. 

L-ewwel soluzzjoni hi li ninvestu bi sħiħ li jkollna poplu kolt li japprezza x’kisbu ta’ qabilna, jagħraf il-potenzjal tiegħu u jimrah lejn orizzonti ġodda li jsawwru lil kull individwu. Dan iwassalna biex nevitaw aċċettazzjoni ta’ medjokrita f’kollox. 

It-tieni hu li noħolqu mentalità kompetittiva bbażata fuq dixxiplina, commitment u kejl ta’ prijoritajiet. Bhekk persuna tinvesti fiha nnifisha qabel ma tinġarr minn riklamar u ismijiet ta’ ditti għal feel good factor. In oltre kull ċittadin jkollu sens of belonging ikbar lejn dak li sawwarna b’aktar għożża għal deċiżjonijiet li nikkunsidraw għal futur tagħna personali u l-komunità li ġejjien minnha. 

It-tielet hi li l-politiku joħloq ekosistemi li jrendu fl-immedjat u jiffjorixxu 

f’sostenibilita. Liġijiet li jippremjaw aktar milli jikkastigaw. Miżuri li jinċentivaw l-instigazzjoni ta’ ħsieb, l-innovazzjoni u s-sanità tas-soċjetà fuq kull aspett aktar milli jaraw li jikkonservaw qafas tradizzjonali u jaċċettaw ideat anċillari. 

Il-gwadann jissarraf f’ekonomija li trendi b’introjtu ġdid, ħolqien t’impjiegi imma fuq kollox individwi li jkollhom standards ogħla fil-konsum, fid-divertiment u fil-livell t’għajxien. 

Soċjetà sportiva hi aktar rispettuża, aktar b’saħħitha u bhekk ekonomika fejn tidħol spiża medika. Fuq kollox nimxu lejn soċjetà Maltija li ma tbaxxix rasha b’inferjorita għax dejjem ċkejknin imma li tbaxxi rasha biex taħdem iktar fit-titjieb tagħha nnifisha għax għandna ħafna x’nirbħu. 

Dik hi r-rebħa li jmiss li rridu nagħmlu bħala Tim Malta. 

Jean Claude Micallef: Deputat Laburista | 3 distrett

Ekonomija

Sport