Ir-reżiljenza u l-kuraġġ ta’ Kimberly Zammit huma ta’ ispirazzjoni għalina lkoll. F’mumenti bħal dawn, nibqgħu niftakru fil-qawwa tal-komunità u l-importanza li nkunu ma’ xulxin f’ġranet iebsa.
Dan kien il-messaġġ li wassal is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħolijiet Pubbliċi, l-Onor. Omar Farrugia permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn ħeġġeġ lil poplu sabiex ikompli jagħti imħabba u appoġġ u fisser li kull ġest żgħir jagħmel differenza.
Tenna; “Il-familja tiegħi u ta’ Kimberly ħbieb antiki. Bħalma dejjem konna, ser nibqgħu nkunu hemm għal xulxin”