Wednesday, October 9, 2024

IR-RISPETT LEJN L-AWTORITÀ FOST L-ADOLOXXENTI

Aqra wkoll

Aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed naraw in-nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità fost it-tfal u l-adoloxxenti. Nuqqas ta’ rispett lejn l-awtorità jista’ jidher fl-aġir tagħhom meta persuna awtorevol tkellimhom jew tikkoreġihom.

Nistgħu nibdew minn omm tistaqsi lil binha jekk lestix il-homework tal-għada, u t-tweġiba tkun bla rispett u bil-goff. Jew inkella xi ħadd aktar minnhom jiġbdilhom l-attenzjoni u jikkoreġihom u minflok ma jisimgħu jirribellaw lura.

X’jikkontribwixxi għal dan in-nuqqas ta’ rispett u kif jistgħu l-ġenituri jegħlbu dan?
Riċerka internazzjonali turi nuqqas dejje jikber ta’ rispett għall-awtorità fost l-adolexxenti. It-trobbija permissiva hija marbuta ma’ imġieba ħażina wara. Waħda mir-raġunijiet ewlenin ta’ nuqqas ta’ rispett dejjem akbar lejn l-awtorità hija l-fatt li qed inħassru lil uliedna bil-fsied.

Minn età żgħira, irrispettivament mill-klassi jew rigali materjalistiċi, it-tfal qed jiksbu aktar dak li jridu mingħand il-ġenituri tagħhom. Minħabba l-biża’ li jiksru l-awtonomija u l-iżvilupp tat-tfal jew biex jissodisfaw lil uliedhom f’kollox, forsi għax jaħsbu li jekk le jkunu qed jonqsuhom, jew jaħsbu li b’hekk ipattu għannuqqas ta’ ħin li jgħaddu magħhom jew forsi biex jevitaw milli jisimgħu l-qrid, il-ġenituri qed
jagħtu lil uliedhom aktar libertà biex jieħdu deċiżjonijiet ħafna qabel ma jkunu kapaċi jaħsbu b’mod loġiku u mhux impulsiv.

Ma nistgħux nitkellmu fuq dan is-suġġett u ma nsemmux il-midja. Din kultant tpinġi l-adoloxxenti b’nuqqas ta’ rispett bħala cool, xi ħadd li għandek timita. Fuq ċerti mezzi tal-midja, sfortunatament, żgħażagħ li juru diżrispett u indifferenza lejn ħaddieħor qed jiġu ppremjati u ċerti adolexxenti jħarsu lejn dan u jimitaw din l-istess imġieba.

Jekk wieħed idur dawra madwaru jara li d-diżrispett minn uħud lejn l-awtorita huwa tal-meravilji. Pjuttost tgħid li lanqas biss jafu jew ma jħossux li għandhom juru rispett u jisimgħu mill-awtorita.

Bħala awtorità qed infissru ġenituri, għalliema, ħaddiema, pulizija, kleru. Naħseb anke fostna wasal iż-żmien li dan id-diżrispett jiġi indirizzat b’mod serju u bi ħsieb.

Bħalma jiġu offruti programmi personalizati għall-persuni bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll għajnuniet oħrajn speċjalizzati, fejn jinħass u jidher il-bżonn li jkun hemm tagħlim u terapija ffokati fuq l-imġieba fost uħud, għandu jibda jingħata.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport