Monday, September 23, 2024

Pajjiżi fil-periferija għandhom l-inqas rata ta’ fertilità fl-UE

Aqra wkoll

Bħal pajjiżi oħra fil-periferija tal-Ewropa, Malta għandha rata ta’ fertilità baxxa ħafna. Fil-fatt, fl-2022, in-nisa Maltin kellhom rata ta’ 1.08 fil-mija ta’ fertilità. Dan huwa riflessjoni ta’ sitwazzjoni fejn it-twelidijiet qed ikunu baxxi fl-istess waqt li l-popolazzjoni qed tixjieh għax in-nies qed jgħixu iktar.

Stħarriġ li sar mill-Uffiċċju għas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew għal din is-sena wera li fl-2022, ir-rata tal-fertilità kienet tvarja minn 1.79 fil-mija għal kull mara fi Franza, 1.16 fil-mija Spanja u 1.08 fil-mija f’Malta. Il-medja tal-UE kienet ta’ 1.46 fil-mija għal kull mara. Fil-fatt Malta hija klassifikata l-aħħar fil-lista ta’ pajjiżi b’fertilita baxxa.

In-numru ta’ nies fl-età tax-xogħol fl-UE, espress relattiv għan-numru ta’ nies anzjani, ta’ 65 sena jew akta, naqas minn 3.8  fil-mija fl-2003 għal 2.7 fil-mija  matul is-sena li għaddiet. Din ir-rata mistennija tinżel għal 1.5 fil-mija sas-sena 2100.

Kien hemm ukoll żieda fit-tul ta’ ħajja li jgħixu n-nies, dik ta’ 83.3 snin fl-2022. Dan minkejja li din ir-rata naqset sew fl-2020 u fl-2021.  Bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-2023, il-popolazzjoni tal-UE żdiedet b’7.5 miljuni. Ir-rata taż-żieda fil-popolazzjoni matul dan il-perjodu kienet l-ogħla f’Malta u fil-Lussemburgu, bil-popolazzjonijiet tagħhom jiżdiedu b’mod ġenerali b’madwar kwart (28.3% u

23.0%, rispettivament).

Dan l-istħarriġ wera wkoll li fl-2022 ġew irreġistrat madwar 5.2 miljun imwiet. Meta mqabbel mal-2019, in-numru ta’ mwiet fl-2022 kien 505, 000 ogħla u dan ifisser żieda ta’ 10.9%. Il-lonġevità – għomor tal-ħajja – kienet iċken fl-2022 milli fl-2021 fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE. L-akbar tnaqqis  bejn l-2021 u l-2022 kien fil-Bulgarija, is-Slovakkja u r-Rumanija u l-akbar żieda fil-Finlandja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport