Saturday, December 21, 2024

“Ir-ritratt jitkellem waħdu… ma stajnix nirrifjutaw milli ngħinuha”

Aqra wkoll

RMJ Horse Rescue qasmet ritratt ta’ qsim il-qalb hekk kif juri debba għadma u ġilda li ġiet ikkonfiskata mill-Animal Welfare.

“Ir-ritratt jitkellem waħdu. Ma nistgħu nifhmu qatt kif jista’ xi ħadd jagħmel hekk lil annimal,” qalet l-NGO li taħdem qatigħ biex tagħti ħajja ġdida liż-żwiemel.

Minkejja li bħalissa qed jaffaċċjaw xi sfidi, anke fl-isfond tal-fatt li l-ispejjeż ma jieqfu qatt u jibbażaw ħafna fuq id-donazzjonijiet tan-nies, sostnew li qatt ma setgħu jirrifjutaw milli jgħinuha.

Fl-aħħar nett huma appellaw għal aktar għajnuna biex ikunu jistgħu jgħinu lil din id-debba u debba oħra li wkoll ġiet kkonfiskata lbieraħ.

Wieħed jista’ jgħin: Paypal [email protected]

Revolut 99947633

IBAN MT53VALL22013000000040023793448

https://gogetfunding.com/in-desperate-need-of-help-3/

Ekonomija

Sport