Saturday, May 4, 2024

“Ir-Russja ħatfet taħt idejha 20% tat-territorju Ukren”

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, waqt l-indirizz tiegħu lill-Parlament tal-Lussemburgu

Aqra wkoll

Ir-Russja bħalissa għandha fil-kontroll tagħha madwar 20% tat-territorju Ukren. 

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, jargumenta li dan l-ammont huwa iżjed milli kieku tgħaqqad il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda flimkien.

F’indirizz li għamel Zelensky lill-Parlament tal-Lussemburgu, huwa ddikjara li Moska għandha taħt idejha madwar 125,000 kilometru kwadru ta’ artijiet. Dan jinkludi l-Krimea u partijiet mil-Lvant tal-Ukrajna li waqgħu f’idejn il-forzi Russi fl-2014 — ekwivalenti għal 7% tat-territorju Ukren.

Sport