Is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken, faħħar it-tmexxija ta’ Malta kemi fil-Presidenza tal-OSCE kif ukoll għas-sehem tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà. Blinken iddikjara dan, proprju ftit minuti wara li będa is-summit tal-OSCE, b’kitba fuq Twitter.
“Iltqajt mal-Prim Ministru Robert Abela hekk kif qed nattendi għas-summit tal-Organizazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Irrid infaħħar it-tmexxija għaqlija ta’ Malta bħala l-Presidenza tal-OSCE. Irrid infaħħarha ukoll għas-sehem tagħha bħala membru elett tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fil-laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela erġajna kkonfermajna is-sħubija dejjiema bejn l-Istati Uniti u l-Maltin”.