Wednesday, July 24, 2024

“Irridu nkomplu ninvestu fi spazji fejn kulħadd ikun komdu juri t-talenti tiegħu”

- Il-Ministru Julia Farrugia Portelli

Aqra wkoll

“Kim hi waħda mit-tfal li timmotivaha l-arti. Irridu nkomplu ninvestu fi spazji fejn kulħadd iħossu safe u komdu juri t-talenti tiegħu”. Dan qalitu l-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia farrugia Portelli f’messaġġ fuq Facebook.

Hija qasmet wkoll ritratt mat-tfajla Kim, li wkoll kienet fost dawk it-tfal li lbieraħ ingħatat spazju fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Robert Abela

Il-Ministru Portelli spjegat li temmen fil-volontarjat f’The Malta Trust Foundation li b’għajnuna finanzjarja mill-MCVS ħejjew proġett ta’ taħriġ artistiku għal tfal u żgħażagħ b’diżabilità.

Ekonomija

Sport