Wednesday, April 24, 2024

“Irridu nkomplu ninvestu fuq reskilling u upskilling”

Aqra wkoll

Waqt li aktar kmieni kompliet id-diskussjoni dwar l-estimi finanzjarji allokati fil-budget għas-sena li ġejja għas-settur turistiku, id-Deputat Laburista Ray Abela qal li t-turiżmu għandu rwol kruċjali fl-ekonomija ta’ Malta billi jikkontribwixxi b’mod sinjifikanti għal diversi strutturi u jrawwem u jkabbar l-iżvilupp ekonomiku. 

“Bla dubju, is-settur turistiku, jibqa s-sors ewlieni ta’ impjiegi. L-impjiegi jinħolqu f’diversi oqsma, bħall-ospitalità, is-servizzi tal-ivvjaġġar, id-divertiment u t-trasport. Dan jikkontribwixxi biex jitnaqqas il-qgħad u jipprovdi għajxien għal ħafna ċittadini Maltin.”

Abela saħaq ukoll li bħala pajjiż irridu, anzi jeħtieġ li dejjem naraw kif se ntejbu u ngħollu l-ħiliet tal-ħaddiema fis-settur turistiku. Sostna li l-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għas-suċċess iżda rridu nkunu kuraġġużi li bħala pajjiż inkomplu ninvestu fuq reskilling u upskilling sabiex l-opportunitajiet li pajjiż qiegħed u li se joħloq, ikun jista’ jilħaqhom kulħadd.

Sport